Tuesday, March 4, 2025

Grupp ta’ Għawdxin b’attività biex jinġabru fondi għal Kimberly Zammit

Aqra wkoll

Grupp ta’ voluntieri Għawdex ingħaqdu flimkien fejn se jkunu qegħdin jorgannzaw attività b’risq Kumberly Zammit.

L-attività se tkun nhar il-15 ta’ Marzu fejn se ssir ikla fil-Gozitano Agricultural Village fix-Xewkija Għawdex. Il-grupp ta’ voluntieri ħassew il-ħtieġa li jagħmlu l-parti tagħhom biex b’hekk l-omm tkun tista’ tingħata l-kura l-Ġermanja.

L-istorja ta’ Zammit ġibed l-attenzjoni tal-poplu Malti u Għawdex hekk kif qiegħda tagħmel dak kollu posibbli biex tkun tista’ tgħix u kif tistqarr hi stess “tara lil bintha tikber”.

Dawk kollha li jixtieq jattendu għal din l-ikla jistgħu jibbukkjaw fuq 79628568 jew inkella 79067403.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport