Monday, April 29, 2024

Grupp ta’ immigranti jallegaw li l-Forzi Militari ta’ Malta qalu li se jħalluhom imutu fil-baħar

Aqra wkoll

Organizzazzjoni umanitarja tesiġi li pajjiżna jilqa’ 150 immigrant

L-organizzazzjoni umanitarja Alarm Phone qiegħda tesiġi li 150 immigrant li fl-aħħar sigħat ħarbu mil-Libja abbord żewġ dgħajjes għandhom jiddaħħlu pajjiżna. 

L-organizzazzjoni qed tgħid li fuq id-dgħajes hemm 85 persuna u 70 persuna u li fl-aħħar sigħat kienu qed jikkuntattjawhom għall-għajnuna. Skonthom fl-aħħar sejħa li għamlu ftit tal-ħin ilu qalu; “Għinuna! Se mmutu. Se nispiċċaw fil-baħar. Se mmutu fl-ibħra Maltin. Ilna ħamest ijiem fuq il-baħar u issa anke ilma baħar fid-dgħajsa għandna”.

Skont l-organizzazzjoni, grupp ta’ 70 immigrant allegaw li l-Forzi tal-Militar ta’ Malta qalu li dawn l-immigranti mhux se jiġu aċċettati u li ħadd mhu se jitħalla jidħol pajjiżna.

Intant l-organizzazzjoni qed issostni li ma jistax ikun li dawn il-persuni jitħallew jisparixxu bħall-91 persuna li għebu xahrejn ilu ftit ’il barra mil-Libja. Sostniet li l-pandemija tal-Covid-19 mhix skuża biex jiġu rrifjutati dawn il-persuni.

Sport