Waqt il-logħba mill-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-UEFA Champions League bejn Bayern Munich u Manchester City mirbuħa minn dawn tal-aħħar bl-iskor ta’ 3-0, grupp ta’ partitarji Bavarjani kellhom żewġ strixxuni ċari u tondi dwar il-presidenti u sidien barranin li aktar milli l-interess ta’ futbol, iktar qed ifittxu li jħaxxnu buthom.
“Glazer, Sheik Mansour, barra! Il-futbol hu tan-nies mhux tan-negozjanti.”
Dan il-grupp ta’ partitarji kienu qed jirreferu għal żewġ tmexxijiet ta’ Manchester United u Manchester City li għandhom kapital kbir finanzjarju iżda skont dawn l-istess partitarji m’għandhomx identitá.