Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Cristiano Ronaldo u x-xorti ħażina tal-coaches tiegħu

Cristiano Ronaldo u x-xorti ħażina tal-coaches tiegħu

0
475

X’għandhom komuni Massimiliano Allegri, Maurizio Sarri, Andrea Pirlo, Ole Gunnar Solskjaer u Rudi Garcia? Apparti li huma coaches u mexxew lit-tim rispettiv tagħhom, kellhom il-privileġġ (jekk tista’ ssejjaħlu hekk) li jikkowċjaw lil Cristiano Ronaldo. 

Il-problema li dawn il-coahes kollha tilfu posthom fi ftit żmien kemm damu jmexxu lill-istilla Portugiża u magħhom fil-lista wieħed jista’ jżid lil Fernando Santos, eks-kowċ tat-tim nazzjonali Portugiż.

Sit elettroniku Taljan sostna li jekk mhux kumbinazzjoni jew le, ir-relazzjoni ta’ Ronaldo u l-coaches ma tantx tidher li hi waħda sabiħa.