Fl-aħħar sigħat kompliet l-attività fl-ajruport u dan hekk kif grupp ieħor ta’ studenti ħallew pajjiżna f’titjira lejn Madrid.
It-titjira kienet operata mil-linja tal-ajru ASL Airlines u huwa mifhum li bdiet il-vjaġġ għall-ħabta tas-1:30 p.m.
Mhuwiex magħruf jekk dan il-grupp ta’ studenti ġewx ripatrijati minħabba l-pandemija. Minkejja dan ilbieraħ grupp ta’ 128 student ġew ripatrijat lejn Franza f’titjira operata mill-istess linja tal-ajru.
Fil-jiem ta’ qabel kien hemm madwar 200 student li ġew ripatrijati.