Monday, May 13, 2024

Konkorrenza qawwija għat-tielet ġurnata ta’ tilqim mingħajr appuntament minn San Ġiljan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sa minn kmieni dalgħodu għadd kbir ta’ persuni rħewlha lejn San Ġiljan biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 fil-mobile clinic.

Ritratti ta’ dan is-sit jixhdu kif reġa’ hemm konkorrenza għat-tilqim fl-irħula hekk kif mit-Tnejn li għadda beda t-tilqim mingħajr appuntament u anki klinika li ddur minn post għall-ieħor qed tmur fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż.

It-Tnejn li għadda din il-mobile clinic kienet qiegħda toffri dan is-servizz mill-Mosta u tlaqqmu kważi 2,500 persuna. L-Erbgħa din il-mobile clinic ġiet trasferita lejn il-pjazza taż-Żejtun u hemmhekk ukoll kien hemm konkorrenza qawwija fejn tlaqqmu 1,824 persuna.

Intant illum mistennija tkompli tiżdied ir-rata ta’ dawk imlaqqmin u dan hekk kif minn dalgħodu kmieni dehru għadd ta’ persuni jiffurmaw kjuwijiet biex jitlaqqmu.

Fil-post hemm numru ta’ uffiċjali li qegħdin jiggwidaw lil dawk preżenti anke biex jassiguraw li jiġu mħarsa l-miżuri tad-distanza soċjali.

Sport