Saturday, May 4, 2024

Ħaddiema fl-isptarijiet u kliniċi pubbliċi fi New York obbligati jitlaqqmu jew jittestjaw kull ġimgħa nkella jiġu sospiżi bla paga

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bħala parti mir-rispons għat-tixrid tal-varjant Delta, il-belt ta’ New York fl-Istati Uniti tal-Amerika se tkun qiegħda tobbliga lill-ħaddiema kollha li jaħdmu fil-kliniċi u l-isptarijiet immexxija mill-belt biex jew jitlaqqmu jew inkella jsirulhom testijiet kull ġimgħa. 

Din il-miżura se tkun qiegħda tidħol b’effett mit-2 ta’ Awwissu li ġej u s-Sindku ta’ New York Bill de Blasio qal li dawk il-ħaddiema li jirrifjutaw li jitlaqqmu jew jiġu ttestjati se jkunu sospiżi minn xogħolhom mingħajr paga. Madwar New York City, s’issa hemm 70% tal- ħaddiema tal-isptarijiet pubbliċi li rċevew iż-żewġ dożi tat-tilqima. 

Din kienet l-ewwel darba li New York obbligat lill-ħaddiema biex jitlaqqmu jew jittestjaw ruħhom. Min-naħa tiegħu De Blasio qal li New York tista’ tkun qiegħda tieħu iktar miżuri biex tiżgura li l-varjant Delta ma jkomplix jinfirex bla kontroll. Hu ma ċaħadx il-possibbiltà li din il-miżura tiġi imposta wkoll fuq ħaddiema oħrajn tas-settur pubbliku. 

Sport