Saturday, May 4, 2024

Ditta tal-ħwejjeġ immultata wara dikjarazzjoni ta’ ħwejjeġ li jipprevjenu l-Covid-19

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ditta tal-ħwejjeġ Awstraljana ġiet immultata £2.6 miljun wara li ddikjarat li l-ħwejjeġ tagħha “jeliminaw” u jwaqqfu t-tixrid tal-Covid-19.

Lorna Jane fir-reklamar tagħha qalet li l-ilbies kien iddisinjat fuq teknoloġija li kapaċi tipprevjeni t-trasferiment tal-patoġeni kollha.

Minkejja dan waqt smigħ fil-Qorti l-Maġistrat qal li dak li ddikjarat b’dan ir-reklamar din il-kumpanija kien “esplojtattiv, predatorju u potenzjalment perikoluż”.

Il-Kumissjoni għall-Kompetizzjoni u l-Konsumatur Awstraljan ħadet azzjoni legali wara li d-ditta tal-ħwejjeġ bdiet tirreklama dawn il-ħwejjeġ fl-aħħar ta’ Lulju li għadda.

Fid-deċżjoni tagħha l-Qorti mmultat lill-kumpanija fuq “rapreżentazzjonijiet li huma foloz u qarrieqa lill-konsumaturi b’tali mod li qarrqu bil-pubbliku.

Sport