Friday, May 17, 2024

“Mistennija sessjonijiet ta’ tilqim bla appontement filgħaxija” – Id-DPM Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’kumment ma’ dan is-sit, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li aktar ma jgħaddi żmien, aktar jidher illi t-tilqima hija s-soluzzjoni għal kontra l-pandemija. 

Waqt li nnota kif Malta għandha l-ogħla rata ta’ tilqim fid-dinja, huwa qal li xorta waħda huwa importanti li nlaqqmu lil kemm nistgħu nies. “Il-walk-in mobile clinics li bdejna din il-ġimgħa kienu ta’ suċċess kbir għax qed jilħqu partijiet tal-komunità tagħna li s’issa ma kellhomx l-opportunità li jieħdu t-tilqima.”

Id-Deputat Prim Ministru kompla li jgħid li kull min jgħix f’Malta u jitlaqqam, jikkontribwixxi għall-immunità tal-massa. Il-ġimgħa d-dieħla, mit-Tlieta sal-Ħamis, il-mobile clinic se jkun il-Belt Valletta u s-Sibt f’Raħal Ġdid. Id-Deputat Prim Ministru ħabbar ukoll li l-ġimgħa ta’ wara se jsiru wkoll xi sessjonijiet ta’ tilqim filgħaxija.

Sport