Sunday, December 22, 2024

GSSE 2023 – Rekord ta’ midalji għal Malta fl-Atletika

Aqra wkoll

Malta kisbet rekord ta’ midalji tad-deheb jiġifieri sitta biex għelbet ir-rekord preċedenti li kien dak ta’ erbgħa.

Jared Micallef kiseb midalja tad-Deheb għal Malta wara li rebaħ it-800 metru tal-Irġiel. Fit-tieni post temm Pol Moya tal-Andorra, waqt li fit-tieliet post spiċċa Mathis Espagnet tal-Lussemburgu rispettivament.

Malta kisbet żewġ midalji oħra din id-darba fit-800m tan-Nisa hekk kif Gina McNamara temmet fl-ewwel post u b’hekk rebħet id-Deheb filwaqt li oħtha Clare McNamara temmet fit-tielet post u kisbet il-Bronż

Mireya Cassar kisbet midalja tal-bronż fil-hammer throw b’tefgħa ta’ 50.74 metri. Dan sabiex il-veterana Antonella Chouhal li kklassifikat fir-raba’ post.

Iċ-Ċiprijotta Emilia Kolokotroni kisbet il-midalja tad-deheb, waqt li Valentina Savva kisbet il-fidda, bit-tnejn li huma jirreġistraw tefgħat ta’ aktar minn 60 metru.

Intant, fil-100 metru tal-irġiel, Luke Bezzina ġie skwalifikat wara ‘false start’. 

Bronż ieħor fl-atletika, din id-darba għal Beppe Grillo li spiċċa l-100m sprint fl-aħjar ħin personali ta’ 10.66.

Carla Scicluna u Charlotte Wingfield it-tnejn kwalifikaw għall-finali tal-100 metru tan-nisa. Scicluna spiċċat it-tieni fil-heat tagħha b’ħin ta’11.80 sekonda, filwaqt li Wingfield temmet fit-tielet post iżda l-ħin tagħha ta’ 11.91 kien biżżejjed biex ikkwalifikat għall-finali hi wkoll. Dan il-ħin kien l-aħjar tagħhom għal dawn iż-żewġ atleti matul dan l-istaġun.

Madankollu, fil-finali, Malta ma kisbitx midalja.

Intant, Claire Azzopardi temmet l-ewwel fil-long jump biex ħadet id-deheb b’qabża ta’ 6.14m.

Midalja tad-deheb waslet ukoll fil-pole vault meta Peppijna Dalli rreġistrat rebħa ta’ 3.65m. Sana Grillo kisbet it-tielet post li fissret midalja tal-bronż mal-lista ta’ midalji għall-Maltin f’dan il-Logħob.

Midalja tad-deheb oħra waslet minn Jordan Gusman fl-10,000 metru b’ħin rekord ta’ 29:37.96, waqt li Dillon Cassar temm fit-tielet post u b’hekk kiseb il-bronż b’ħin ta’ 30:37.83.

U biex l-affarijiet ikomplu sejrin mit-tajjeb għall-aħjar, irbaħna d-deheb ukoll fl-10,000m, din id-darba permezz ta’ Lisa Bezzina. 

Fil-finali tal-400 metru nhar il-Ħamis li ġej, se jkun hemm ukoll żewġ atleti Maltin li spiċċaw fit-tieni post tal-heats tagħhom. Dan hekk kif Graham Pellegrini kiseb ħin ta’ 48.51 sekonda, filwaqt li Matthew Galea Soler kiseb l-aħjar ħin personali – dak ta’ 48.83 sekonda.

Ekonomija

Sport