Friday, May 3, 2024

Sparar: James Galea qed jillidja fit-Trap

Aqra wkoll

Fil-kompetizzzjoni tat-Trap, it-tiratur Malti James Galea kellu tajjeb bidu tant tajjeb hekk kif qed jillidja l-klassifika flimkien ma’ dak ta’ San Marino, Marco Berti, b’73 punt. 

Fl-ewwel żewġ sessjonijiet huwa rreġistra punti massimi meta laqat 50 plattin. Iżda fit-tielet waħda huwa naqas li jonqos tnejn għal total ta’ 73 plattin.  

It-tiratur Malti l-ieħor, Emanuel Bugeja, laqat 23, 25 u 22 plattin għal total ta’ 70  biex jinsab fis-sitt pożizzjoni. 

Il-klassifika hija: 73 – James Galea (Malta), Gianmarco Berti (San Marino); 72 – Lyndon Sosa (Lussemburgu); 70 – Nihat Akterzi (Ċipru), Alfio Tomassoni (San Marino), Emanuel Bugeja (Malta); 69 – Andreas Makri (Ċipru); 68 – Ruiz Garcia (Andorra); 67 –  Yves Tylgen (Lussemburgu); 65 – Pascal Fontanili (Monaco).

Fil-kategorija tan-Nisa, Mariah Busuttil u Mikaela Galea jinsabu, jinsabu fir-raba’ u l-ħames postijiet rispettivament.  

Fit-tliet sessjonijiet Busuttil laqtet 21, 20 u 22 plattin għal total ta’ 63. 

Min-naħa ta’ Galea, hija laqtet 61 plattin f’din l-ordni – 22, 21 u 18.  

Fl-ewwel post tinsab il-favorita minn San Marino, Alessandra Perilli, li kisbet 73 punt (25, 23, 25). 

Il-klassifika hija: 73 – Alessandra Perilli (San Marino); 69 –  Lena Bidoli (Lussemburgu); 67 – Andi Ierdis (Ċipru); 63 –  Mariah Busuttil; 61 –  Mikaela Galea (Malta); 60 –  Madina Kucharova (Ċipru)l 56 – Martina Tonini (San Marino).

Sport