Wednesday, April 24, 2024

25 vittma ta’ traffikar uman fl-aħħar ħames snin f’Malta

… erbgħa minn dawn kienu nisa Maltin

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bejn l-2018 u l-2022 kien hemm 25 vittma ta’ traffikar uman – 24 mara u raġel. Minn dawn erbgħa kienu Maltin mentri l-bqija kienu ta’ nazzjonalità barranija. 

Fis-sena 2018 kien hemm 16-il vittma: Nepaliż, 14 Filippini u mara Maltija. Fl-2019 ma kienx hemm rapporti ta’ vittmi ta’ traffikar uman, l-istess bħas-sena 2021. 

Matul is-sena 2020, kien hemm erba’ vittmi nisa – 3 Maltin u Filippina, filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm ħames vittmi nisa – 2 Kolumbjani u tlieta oħra mill-Veneżwela. 

Din l-informazzjoni tinkludi wkoll persuni li nstabu li kien hemm ‘pimp’ li qed jipprostitwixxihom u għaldaqstant ikunu kkunsidrati bħala traffikar uman.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Sport