Friday, May 30, 2025

GSSE: L-ebda midalji fl-għawm għal Malta fir-raba’ ġurnata

Aqra wkoll

L-ebda midalji fl-Għawm matul il-kompetizzjonijiet li saru l-Ġimgħa filgħodu. Il-maltin ħadu sehem f’sitt finali bir-riżultati kollha kienu dawn:

Fil-finali 50m Butterfly tan-nisa Michela Portelli spiċċat fir-raba’ post b’ħin ta’ 28.74.

Fil-finali 50m Butterfly tal-irġiel Kyle Micallef spiċċa ftit-mien post b’ħin ta’ 25.15.

Fil-finali 50m Backstroke tan-nisa Victoria Balderacchi spiċċat fir-raba’ post b’ħin ta’ 30.11 u Zoe Annabel Cawsey fis-sitt post b’ħin ta’ 30.75.

Fil-finali 50m Backstroke tal-irġiel Sean James Wareing spiċċa fit-tmien post b’ħin ta’ 29.28.

Fil-finali tal-50m Breastroke tan-nisa Zoe Annabel Cawsey temmet fir-raba’ post b’ħin ta’ 33.5.

Fil-finali Mixed 4X100m Relay Malta spiċċat fis-sitt post b’ħin ta’ 4:11.99. L-għawwiema maltin kienu Victoria Bladeracchi, Zoe Annabel Cawsey, Nathan Cachia u Kyle Micallef.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport