Il-kompetizzjoni tar-Rugby 7’s iddebuttat f’dan il-logħob bil-logħob tal-fażi tal-gruppi li ntlagħbu fit-Tony Bezzina Stadium, Kordin.
It-tim Malti, immexxi minn Damien Neill, nieda l-kampanja tiegħu b’rebħa ta’ 19-10 fuq Andorra.
Iżda, l-istess tim tal-irġiel naqas milli jirreplika l-bidu rebbieħ tiegħu wara li tilef bl-iskor ta’ 33-14 kontra l-Lussemburgu fit-tieni ħarġa tiegħu tal-kompetizzjoni.
Intnat, it-tim tan-nisa tar-Rugby 7 beda bil-qawwa f’din il-kompetizzjoni meta ddomina għal kollox u għeleb lill-Montenegro bl-iksor kbir ta’ 31-0.
Madankollu, imbagħad, l-istess tim, sab għadma iebsa hekk kif tilef bl-iskor ta’ 19-15 kontra Andorra.