Wednesday, May 15, 2024

GSSE: Riżultati pożittivi fl-għawm

Aqra wkoll

Illum tkompliet it-tieni ġurnata tal-għawm tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fejn fil-100m backstroke, Victoria Balderacchi u Sarah Demicoli it-tnejn ikkwalifikaw mill-ewwel heat tan-nisa b’ħinijiet ta’ 1:07.18 u 1:11.32 rispettivament biex kisbu post fil-finali bħala t-tielet u r-raba’ għawwiema.

Fl-irġiel, Nathan Mcleave daħal fil-finali bl-ewwel post b’ħin ta’ 58.16. Thomas Wareing se jingħaqad miegħu fir-rawnd li jmiss wara li kkwalifika fir-raba’ postb’ħin ta’ ’59.52.

Fil-200m breastroke tan-nisa, Georgia Bohl spiċċat it-tieni b’ħin ta’ 2:33.81 hekk kif Mya Galea rreġistrat ħin ta’ 2:42.88 biex ikkwalifikat fit-tielet post.

Fl-ewwel heat tal-100m butterfly tal-irġiel, Simon Mallia spiċċa l-ħames b’ħin ta’ 58.24 hekk kif Nathan Mcleave tilef wara li spiċċa fiss-sitt post b’ħin ta’ 27.06 fit-tieni heat.

Fl-400m freestyle, Sasha Gatt għamlitha għar-rawnd sussegwenti tal-avveniment tan-nisa b’ħin ta’ 4:31.25 fit-tieni post. Fl-avveniment tal-irġiel Dylan Cachia temm fit-tieni post b’ħin ta’ 4:06.35.

Sport