Friday, November 15, 2024

Ġurnalist Tork arrestat “għax irraporta dwar it-terremot”

Aqra wkoll

Mir Ali Koçer ġurnalist Tork kien jinsab 200 mil ‘il bogħod hekk kif seħħ l-ewwel terremot fit-Turkija fis-6 ta’ Frar. Mill-ewwel telaq għal vjaġġ biex ikun jista’ jirraporta dak li qed jiġri.

Wara l-ewwel ftit rapporti li beda jippubblika l-awtoritajiet Tork marru jarrestawh minħabba akkużi li kien qed ixandar “fake news”. Issa se jkun qiegħed jitressaq il-Qorti u jekk jinstab ħati jista’ jeħel sa 3 snin ħabs.

Koçer hu wieħed minn 4 ġurnalisti arrestati fit-Turkija li keinu qegħdin jirraportaw dwar it-traġedja li laqtet lill-pajjiż.

Koçer ħafna drabi jkun qed jirraporta għas-siti Bianet u Duvar li huma mmexxija mill-Oppożizzjoni.

Il-ġurnalista qal li hu kien imħasseb ferm dwar is-sitwazzjoni li fiha spiċċa pajjiżu. Fost il-persuni li ntervista kien hemm voluntieri u ħaddiema tas-salvataġġ li kienu qegħdin jgħidu li għal ġranet sħaħ ma kinux qegħdin jirċievu l-ebda għajnuna mill-Gvern.

Intant, l-aħħar rapporti qed jgħidu li n-numru ta’ vittmi issa tela’ għal 50,000 persuna.

Ekonomija

Sport