Tuesday, September 24, 2024

Ġurnata ħażina għall-ġinnasta Simone Biles

Aqra wkoll

Bla dubju, il-ġinnasta Amerikana, Simone Biles, trid tinsa l-ġurnata tal-bieraħ minħabba li minbarra li ma rebħet l-ebda deheb minn żewġ dixxiplini, hija waqgħet minn fuq il-ba­lance beam u mbagħad weġġgħet fil-floor exercise biex għamlet ħsara lill-pexxul. 

L-attenzjoni kienet fuq Biles, 27 sena, li fil-jiem preċedenti kienet diġá reb­ħet id-deheb tat-timijiet, all-around u vault u għaldaqstant kien hemm antiċpazzjoni kbira fil-ġurnata tal-bieraħ. 

Iżda ma kellux ikun!

Hija  tilfet il-bilanċ waqt  li kienet qed tesegwixxi t-tmien prova tagħha fuq apparat li huwa wiesa’ biss 10 ċentimetri. 

Min-naħa l-oħra, il- kompatrijotta tagħha, Sunisa Lee, ukoll waq­għet minn fuq il-beam biex spiċċat fis-sitt post. 

Kienet it-Taljana, Ali­ce D’Amato, li rebħet din id-dixxiplina bi skor ta’ 14.366 punti. Iċ-Ċiniża, Yaqin Zhou (14.100) spiċċat fit-tieni post filwaqt li t- Taljana, Manila Esposito (14.000) rebħet il-midalja tal-bronż.

Imbagħad, fil-floor exer­cise, hija weġġgħet waqt il-warm-up biex kien hemm il-biżgħa li tirtira minn din il-kompetizzjoni.  

Peró hija ħadet sehem u minkejja li kienet qed izzappap hija rnexxielha tirbaħ il-fidda (14.133) bil-bronż tmur għand il-kompatrijotta tagħha, Jordan Chiles (13.766).  

Peró, il-Brażiljana, Rebeca Andrade (14.166) spiċċat bħala r-rebbieħa. 

Sport