Friday, May 3, 2024

Ġurnata speċjali għal tfajjel ta’ 4 snin li jinsab l-Ingilterra għat-trattament tal-kanċer

Aqra wkoll

Fuq il-paġna ta’ Facebook, Puttinu Cares qasam aħbar dwar Luca, tfajjel ta’ erba’ snin li jinsab l-Ingilterra għat-trattament tal-kanċer u ilu hemm għal madwar sena. Huwa qed joqgħod f’wieħed mill-appartamenti ta’ Puttinu Cares flimkien mal-familja tiegħu. 

Ilbieraħ kienet ġurnata speċjali għal dan it-tfajjel għaliex iltaqa’ ma’ Dr. Charles Borg li qiegħed fl-istess sptar biex jispeċjalizza fl-onkoloġija tat-tfal. Dr. Borg għamel it-testijiet neċessarji u għalhekk Luca ħassu iżjed kunfidenti. 

Puttinu awgura fejqan ta’ malajr lil dan it-tfajjel ta’ qalb kbira, kif ukoll awgura kull suċċess lil Dr. Charles Borg fl-istudji tieghu. 

Sport