Il-winger internazzjonali Daniż Gustav Isaksen qed jinteressa mhux ftit lil Lazio fis-serie A Taljana. Skont stazzjon televiżiv Sportiv, il-plejer ta’ 22 sena li lagħab ma’ Midtjylland fl-istaġun li għadda jista’ jkun wieħed mill-plejers li jingħaqad fl-iskwadra ta’ Maurizio Sarri.
Isaksen wera l-potenzjal tiegħu meta skorja 18-il gowl u wettaq 7 assists fil-31 logħba li lagħab bil-flokk tat-tim Daniż.
L-istess Sarri jogħġbu ferm l-istil ta’ logħob ta’ Isaksen u ta parir sabiex id-diriġenti tiegħu jmorru għalih.