Tuesday, May 14, 2024

Guus Hiddink ingaġġat mill-Awstralja

Aqra wkoll

Il-coach veteran Olandiż, Guud Hiddink, ġie ngaġġat mill-Awstraljan biex jagħtihom l-għajnuna tiegħu għall-aħħar partita f’darhom valida mill-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja li se tintlagħab f’Novembru li ġej, fil-Qatar.

Hiddink, li għandu 75 sena, kien mexxa lill-istess Awstralja għall-fażi finali tal-2006, wara assenza ta’ 32 sena, u wassalhom sal-Aħħar 16.

Huwa se jaħdem mal-coach Graham Arnold hekk kif huma se jospitaw lil New Zealand, fi Brisbane, fit-22 ta’ Settembru li ġej.

L-istess Arnold kien l-assitent ta’ Hiddinke fl-2006 u għaldaqstant aċċetta biex jerġa’ jaħdem miegħu.

Fil-karriera tiegħu, Hiddink ikkowċja lil Chelsea, Real Madrid, PSV Eindhoven, Valencia, lill-Olanda darbtejn, lir-Russja u lit-Turkija.

Sport