Għaddiet mill-istadju tat-Tielet Qari l-liġi li se tagħti d-dritt li żagħżugħ taħt it-18-il sena jista jirrikonoxxi lit-tarbija bħala ibnu jew bintu. Sa qabel din il-liġi, dan id-dritt kien mogħti biss lill-omm bħala ‘single mother’.
F’kumment li tat lil dan il ġurnal l-Avukat tal-Familja u Deputata Laburista Dr Amanda Spiteri Grech spjegat kif meta wieħed ikun fil-politika, jiltaqa’ ma’ sitwazzjonijet li jkunu għaddejjin minnhom in-nies. Irrimarkat li d-dmir tal- politiċi hu li fejn jistgħu jagħtu għajnuna kollha fen u meta meħtieġ.
Qalet ukoll li “Aktar ma tkun qrib in-nies aktar tintebaħ kemm il-ħajja taf toffri sfidi, iżda hija sitwazzjoni frustranti ħafna li tkun taf li għandek raġun u l-liġi ma tipermettix u lanqas tagħtik rimedju biex issewwi l-inġustizzja. Kont iltqajt ma’ żagħżugħ li kellu sbatax-il sena li xtaq jirrikonoxxi lil bintu u ma setax għax il-liġi bl-ebda mod ma kient tippermetti dan. Għalhekk ħdimt biex isir t-tibdil meħtieġ għal din il-liġi”.
Spiteri Grech irrimarkat li din hija l-politika li temmen fiha u li l-ħidma tal-leġislatur hi li jara li jinbidlu jew jitneħħew liġijiet inġusti. Saħqet li dan anke jekk se jintlaqtu ftit persuni, dak li hu inġust għandu jitwarrab u l-ġustizzja għandha tkun dejjem u riflessa fil-liġijiet ta’ pajjiżna. Qalet li tinsab sodisfatta immens li pajjiżna wasal għat-tneħħija ta’ liġi anomala wara li tkellmet fil-parlament waqt aġġornament dwar din il-liġi inġusta u dikriminatorja.
Bil-liġi l-ġdida, Artikolu 86 tal-Kodiċi Ċvili se jkun jgħid li “Iben jew bint imnisslin jew imwielda barra miż-żwieġ jistgħu jiġu magħrufin mill-ġenituri, sew mit-tnejn flimkien kif ukoll separatament: