Tuesday, February 11, 2025

Ġuvni akkużat li ħebb għat-tfajla waqt argument dwar il-volum tat-televiżjoni

Aqra wkoll

Olandiż ta’ 22 sena residenti San Ġiljan ġie akkużat li ħebb għat-tfajla wara li nqala argument bejnithom dwar il-volum tat-televiżjoni.

Hu kien akkużat li kkaġuna ġrieħi ħfief lit-tfajla li kien ilu f’relazzjoni magħha għal tlett snin.

It-tfajla qalet quddiem il-Maġistrat Nadia Helena Vella li temmet ir-relazzjoni mal-ġuvni u kienet se tirritorna l-Olanda b’mod permanenti fil-jiem li ġejjin. Talbet ukoll lill-Qorti biex twaqqaf il-proċeduri kontrih għax ma tridx li jkun il-ħabs.

Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest bil-Maġistrat Nadia Helena Vella laqgħet it-talba.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Antonello Magri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport