Tuesday, January 7, 2025

ĠUVNI JITLEF ĦAJTU F’INĊIDENT TAT-TRAFFIKU f’Ħ’ATTARD

Aqra wkoll

Il-Kelliem għall-pulizija Brandon Pisani, fuq il-post għadu kemm ikkonferma li s-sewwieq tilef ħajtu f’dan l-inċident tat-traffiku.

Jidher li l-vittma hu ġuvni ta’ 25 sena residenti l-Imtarfa u kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Mercedes.

Dan hu l-ewwel inċident tat-traffiku li hu fatali għal din is-sena.

Fuq il-post hemm diversi familjari li ma jistgħux jemmnu dak li qegħdin jaraw b’għajnejhom. Magħhom ingħaqdu wkoll ħbieb tal-ġuvni.

Aktar kmieni: Il-Protezzjoni Ċivili b’operazzjoni delikata biex tinħareġ persuna minn vettura

Bħalissa l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu għaddejjin b’operazzjoni delikata ħafna biex tinħareġ persuna jew persuni minn vettura li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.

Talk.mt jinsab fuq il-post isegwi dak li qiegħed jiġri. Jirriżulta li sewwieq ta’ karozza li kien qiegħed isuq fi Triq l-Imdina Ħ’Attardd tilef il-kontroll, ħabat ma’ siġra u l-karozza weħlet mal-ħadid li hemm fl-istess triq. Il-karozza hija tal-għamla Mercedes.

S’issa mhux magħruf kemm kien hemm persuni fil-karozza.

Fuq il-post hemm tim mediku biex malli tinħareġ mill-vettura tingħata l-ewwel għajnuna.

Dan is-sit se jkun qiegħed jaġġorna fil-ħin li ġej.

Filwaqt li t-triq tinsab magħluqa għat-traffiku, fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija li mill-ewwel beda bl-investigazzjonijiet tagħhom.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport