Sunday, December 22, 2024

Ġuvni jweġġa’ gravi f’inċident bl-iskateboard fis-Siġġiewi 

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 15-il sena residenti s-Siġġewi qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident bl-iskateboard.

Kien għall-ħabta tal-10.00 p.m. tat-Tlieta meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi. 

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn skateboard, li fuqha kien hemm il-ġuvni u Volkswagen Golf, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 18-il sena residenti l-Ħamrun. 

Il-ġuvni ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport