Thursday, March 28, 2024

Ġuvni jweġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura u waqa’ ġo wied

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 18-il sena residenti x-Xewkija, Għawdex, weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qiegħed isuq u waqa’ ġo wied.

L-inċident seħħ illum, għall-ħabta ta’ 00.15a.m. fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport