Friday, May 3, 2024

Ġuvni mixli li mess sesswalment tfajla

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Somalu ta’ 22 sena qed jinżamm arrestat wara li tressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia wara li tfajla Franċiża rrappurtat li messha fil-parti privata.

L-Ispettur Leeroy Balzan Engerer spjega fl-awla kif it-tfajla marret tagħmel rapport l-għassa ta’ San Ġiljan li persuna ta’ karnaġġjon skur kienet messitha b’mod sesswali f’Paceville.

F’mument minnhom it-tfajla indikat lill-ġuvni u dan ħarab jiġri sakemm qabduh il-pulizija.

Abdifatah Ahmed Mohamed kien mixli li fis-7 ta’ Awwissu ikkommetta att ta’ natura sesswali mingħajr kunsens fuq it-tfajla, li kien fis-sakra u li ikkaġunalha feriti ħfief.

Huwa wieġeb li ma kienx ħati u baqa’ miżmum taħt arrest anke għall-fatt li m’għandux indirizz fiss fejn joqgħod.

F’dan il-każ Mohamed għandu jiddefendih lill-Avukat Joseph Bonnici.

Sport