Għall-ħabta 3.30pm tal-bieraħ, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ġuvni ta’ 15-il sena residenti Ħ’Attard intlaqat minn Citroen C3 misjuqa minn mara ta’ 64 sena residenti Ħ’Attard.
Il-ġuvni ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard huwa kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.