Saturday, May 18, 2024

Sirens – Champions tal-Waterpolo għat-tielet sena konsekuttiva

Aqra wkoll

Sirens huma ċ-Champions tal-Kampjonat BOV tal-Water Polo tan-Nisa 2023.

Sirens kienu qed igawdu minn vantaġġ ta’ 2 punti fuq Sliema qabel l-aħħar logħba tal-istaġun, u assiguraw il-kampjonat permezz ta’ rebħa bl-iskor ta’ 12-10 biex kisbu t-titlu għat tieni sena konsekuttiva kif ukoll il-Kampjonat BOV Water Polo tan-Nisa tax-Xitwa li rebħu aktar kmieni din is-sena.

Joseph Agius, Uffiċjal Kap tat-Teknoloġija fil-Bank of Valletta u Randolph Cauchi, Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Isport Akkwatiku ta’ Malta ppreżentaw it-trofew tal-Kampjonat BOV Water Polo tan-Nisa lil Sirens.

Il-Bank of Valletta huwa kburi li jappoġġa l-Water Polo tan-nisa f’konformità mal-impenn tiegħu lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-isport u li jgħin biex jipprovdi opportunitajiet indaqs lill-ġeneri kollha fl-isport.

Sport