Wednesday, October 2, 2024

Ġużu Muscat tal-Beżuża nominat għal Ġieħ ir-Repubblika

Aqra wkoll

Joseph Muscat, “il-Beżuża”, għalina kien teżor nazzjonali u simbolu tal-identità tagħna. Ġużu kien ukoll wieħed mill-aħħar kustodji tal-mogħża ndiġena Maltija, li tinsab f’riskju li tinqered. It-telfa tiegħu ħalliet vojt kbir fil-komunità.

Dan kien il-messaġġ li wasslet l-organizzazzjoni volontarja, magħrufa bħala ‘Breeds of Origin Conservancy’, fejn spjegat li nnominat lil Ġużu għal Ġieħ ir-Repubblika.

Irrimarkat li dan ir-rikonoxximent hu ferm żgħir meta mqabbel mas-servizz sinifikanti li tagħna Ġużu, li ddedika ħajtu għas-settur agrikolu u għall-komunità Maltija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport