Tuesday, May 14, 2024

“Gvern Laburista ħadem biex l-istudenti jibqgħu fl-edukazzjoni” – Ray Abela

Aqra wkoll

Il-Gvern Laburista ħadem bis-sħiħ ħalli aktar persuni jibgħu fl-edukazzjoni u dan għax għandu r-responsabilta’ li jagħmel il-vjaġġ edukattiv tal-istudenti wieħed uniku biex ikunu jistgħu jikbru, jimirħu u jfasslu l-Malta ta’ ghada.

Dan qalu d-Deputat Laburista Ray Abela f’intervent li għamel fil-Parlament waqt id-diskussjoni dwar l-estimi finanzjarji għall-Ministeru tal-Edukazzjoni skont kif imħabbra fil-budget 2023.

Id-Deput Laburista saħaq li l-ulied posthom l-iskola u ma jista qatt tkun aċċettata realta’ fejn tfal li jagħmlu 13-il sena fl-edukazzjoni obligatorja joħorġu mis-sistema mingħajr il-ħiliet meħtieġa fid-dinja tallum. “Ma nistgħu nitilfu ebda żagħżugħ jew żagħżugħa matul il-vjaġġ eduklattiv tagħhom.”

Huwa żied jgħid li d-definizzjoni ta’ edukazzjoni mhix biss dik obbligatorja immirata għal tfal u żgħażagħ fl-iskejjel tal-istat, tal-knsija u dawk privati, iżda wkoll firxa wiesa ta’ korsijiet u boroż ta’ studju li wieħed isib fl-istituzzjonijiet bħalma huma l-MCAST, ITS, l-Universita u oħrajn privati.

“L-edukazzjoni trid tkompli għaddejja matul il-ħajja għax b’hekk noħolqu riżorsa ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin għal kull industrija gewwa pajjizna”.

Sport