Friday, May 3, 2024

Il-ballun li bih skorja Maradona kontra l-Ingilterra fl-1986 irkantat għal $2.4 miljuni

Aqra wkoll

Il-ballun li bih Diego Maradona skorja l-goal famuż ta’ “l-id ta’ Alla”  fir-rebħa ta’ 2-0 tal-Arġentina fuq l-Ingilterra, fit-Tazza tad-Dinja 1986, inbiegħ għal $2.4 miljun.  

Il-ballun abjad tal-marka Adidas “Azteca”, li kien proprjetà tar-referee Tuneżin, Ali Bin Nasser, kien ġie rkantat biex iġib sa $3.6 miljun meta mar taħt il-”martell” f’Graham Budd Auctions ibbażat fir-Renju Unit.

Dan il-ballun ġie rkantat sitt xhur wara li l-flokk ta’ Maradona ġie rkantat għal $9.3 miljun.

Sport