Wednesday, July 24, 2024

Gvern Laburista rnexxielu jinvesti bis-saħħa fis-sistema tas-saħħa li sabitna preparati fl-iktar mumenti ta’ sfida

Aqra wkoll

“Fl-aħħar snin irnexxielna nibnu sistema robusta ta’ saħħa li meta ffaċjajna l-ikbar sfida dinjija tas-saħħa, sibna pajjiż li kien preparat minn kull aspett. Dak huwa l-iprem eżempju ta’ kif Gvern Laburista rnexxielu jinvesti bis-saħħa fis-sistema tas-saħħa li sabitna preparati fl-iktar mumenti ta’ sfida.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela f’intervent li għamel waqt diskussjoni fuq il-qasam tas-saħħa fl-Imqabba.

Dr Abela saħaq li Gvern Laburista wettaq riformi u bidliet kbar fil-qasam tas-saħħa u anke investa fis-servizz tas-saħħa fil-komunità. Semma wkoll l-investiment li sar fir-riżorsa umana f’dan is-settur, fejn anke daħlu fis-seħħ ftehimiet kollettivi ġodda.

Dr Abela tkellem fuq ir-riforma fis-saħħa mentali li dan il-Gvern se jkompli jmexxi ’l quddiem. Tkellem ukoll fuq ir-riċerka fejn qal li dan il-Gvern se jkun qed jżid l-investiment f’dan il-qasam u semma l-ħidma li qed issir biex pajjiżna jkollu l-ewwel ċentru tar-riċerka u innovazzjoni dwar il-kanċer.

“Il-politika hija l-aqwa għodda ta’ ġid. Il-politika hija dik li bis-saħħa tagħha jittieħdu d-deċiżjonijiet kollha li tħadditna dwarhom illejla. L-għażla f’idejkom biex fit-8 ta’ Ġunju tibgħatu messaġġ ċar u b’saħħtu ta’ x’politika tridu għal pajjiżna, ta’ x’direzzjoni strateġika tridu għall-pajjiżna,” temm jgħid il-Prim Ministru Robert Abela.

Ekonomija

Sport