Wednesday, July 24, 2024

Il-Pulizija tarresta żagħżugħ b’rabta mal-każ ta’ splussiv qrib iċ-ĊNL

Aqra wkoll

Matul il-lejl li għadda l-Pulizija arrestat żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Santa Venera b’rabta mal-każ tal-isplussiv li nstab barra ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista lbieraħ filgħodu.

Iż-żagħżugħ ġie arrestat f’garaxx fil-Ħamrun fejn wara aktar tfittxija nstabu aktar splussivi li jaqblu ma’ dawk li ntużaw quddiem iċ-ĊNL kif ukoll instab materjal ieħor.

Bħala prekawzjoni l-Pulizija evakwat residenti fl-inħawi tal-garaxx, filwaqt li investigazzjonijiet tal-Pulizija flimkien mal-Ammunition and Explosives Squadron tal-Forzi Armati ta’ Malta għadhom għaddejjin.

Fuq il-midja soċjali l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri kiteb li “nfurmat li l-Korp tal-Pulizija għamel arrest matul il-lejl marbut ma splussiv żgħir maċ-Ċentru Laburista ilbieraħ filgħodu. Infurmat ukoll li bħala prekawzjoni matul il-lejl ġew evakwati xi residenti f’żona oħra fil-Ħamrun filwaqt li l-Ammunition & Explosives Squadron tal-Forzi Armati ta’ Malta flimkien mal-Pulizija ser ikunu qed jaħdmu fiż-żona matul il-ġurnata tal-llum.”

Dwar il-każ inħatret ukoll Inkjesta Maġisterjali immexxija mill-Maġistrat Dr Ian Farrugia LLD

Ekonomija

Sport