“Gvern li jiggwida, jisma’, jagħti direzzjoni u jgħin.” Hekk stqarr id-Deputat Prim Ministru Ian Borg waqt li kien qiegħed jindirizza Business Breakfast organizzat mill-Partit Laburista, bħala parti mill-Kungress 2026 bit-tema Malta Aqwa.
Stqarr li minkejja kull sfida internazzjonali li pajjiżna qiegħed jaffaċja xorta waħda Gvern Laburista baqa’ jgħin lin-nies.
Dr Borg qal li hekk kif matul dawn il-ġranet li beda jitlaqqa’ l-Kungress, il-Partit Laburista qed iħares b’mod ċar lejn fejn qiegħed u aktar importanti minn hekk lejn fejn irid jasal.
Stqarr li madwar id-dinja hawn sfidi kbar u aħna rridnu noperaw minn dawn l-isfidi. Qal li kulħadd irid jirrikonoxxi kemm il-bidla madwarna għaddejja b’ritmu mgħaġġel ħafna.
Dan f’diversi setturi fosthom gwerer militari u gwerer tat-tarriffi, rivoluzzjoni teknoloġika, il-klima, kompetizzjoni qawwija għall-enerġija kemm fuq il-prezz u anka l-provvista, u ġlieda mal-pajjiżi biex jattiraw l-aqwa talenti u l-kapital.
Minkejja dan, il-Deputat Prim Ministru qal li dan hu mument storiku għal pajjiżna hekk kif minn dawn l-isfidi qegħdin naraw kif nistgħu nbiddluhom f’opportunitajiet.
Fl-istess indirizz tiegħu Borg aċċenna għal fatt li għada se jkollu diversi laqgħat f’Pariġi mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin flimkien jifhmu li dawn huma bidliet li se jaffetwawna, u jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet malajr u b’aktar determinazzjoni.
Qal li quddiemu pajjiżna għandu mistoqsija dwar hekk aħniex se nkunu parti mid-direzzjoni li qed tieħu d-dinja kemm f’Malta, fi Brussell u f’partijiet oħra tad-dinja.

