Sunday, November 24, 2024

Gvern li kien, baqa’ u se jibqa’ fuq in-naħa tal-Maltin u l-Għawdxin

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Laburista ġie enfasizzat il-fatt li Gvern immexxi minn Dr Robert Abela ma jikkuntentax b’dak li nkiseb sal-lum. Għall-kuntrarju, dan il-Gvern jemmen li jrid joffri l-aqwa ambjent, l-aqwa ċirkostanzi biex flimkien inwettqu kisbiet ġodda għal dan il-pajjiż.

Dan kien il-messaġġ ewlieni waqt Konferenza tal-Aħbarijiet indirizzata mill-President tal-Partit Laburista Ramona Attard u d-Deputat Omar Farrugia fejn saħqu kif l-aħħar sena kompliet tiddetermina kemm il-Partit Laburista fil-Gvern ħa deċiżjonijiet meħtieġa fl-aħjar interess nazzjonali u l-poplu jaf li minkejja l-isfidi, għandhom Gvern iffukat biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom.

Il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard, sostniet kif “Il-poplu magħna jaf fejn qiegħed, jaf it-twemmin tagħna u jista’ jagħmel ġudizzju fuqna b’mod sempliċi. Jaf li aħna nemmnu li l-Gvern għandu jerfa’ l-piż sa fejn possibbli u mhux il-poplu għandu jerfa’ dak il-piż; il-poplu jaf li aħna nwieżnu l-aktar lil dawk li jifilħu l-inqas u fl-istess ħin naħsbu għal ġenerazzjoni futura u jaf ukoll li minkejja l-isfidi ta’ bħalissa rridu nibqgħu ffukati biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies, permezz ta’ ambjent aħjar, ekonomija b’saħħitha u infrastruttura aħjar.”

Id-Deputat Omar Farrugia qal li quddiem dawn l-isfidi, “Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela mhux bis ma tax xokk fl-ekonomija imma stabilizza l-prezzijiet tal-enerġija u l-fjuwil. Qatt daqs illum ma kien hawn Gvern Malti li jgħin lin-negozji u l-familji … Partit Laburista li dejjem wera l-prinċipji Soċjalisti tiegħu u kien man-nies u Partit Nazzjonalista li dejjem jgħid mod u jispiċċa jivvota fil-Parlament favur aktar piżijiet fuq in-negozji u l-familji bi dħul baxx.”

Sport