Wednesday, March 27, 2024

Futsal: Luxol jirbħu l-ewwel finali

Aqra wkoll

Luxol St Andrews rebħu l-ewwel finali tal-play-offs tal-Enemed Premier League meta fil-Padiljun tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport għelbu lil Swieqi United 8-2.

It-tim minn St Andrews dejjem kien fil-vantaġġ u żamm il-kontroll tal-logħba għal ħafna mill-ħin. F’xi ħin kien hemm ukoll xi battibekki fejn fiha r-referees tal-logħba urew il-karta l-ħamra lill-goalkeeper ta’ Swieqi Brandon Debono u l-plejer Emerson Molina filwaqt li għal Luxol tkeċċa Emil Raducu.

Luxol kellhom lil Marwan Telisi awtur ta’ tripletta b’Maicon, Andy Mangion, Everton Veve, Mark Zammit u awtogowl ta’ Brayan Steven jgħaqqdu l-iskor tagħhom.

Swieqi skorjaw iż-żewġ gowls tagħhom minn Emerson Molina u awtogowl ta’ Celino Alves.

Iż-żewġ naħat iridu jiltaqgħu għat-tieni finali għada fejn jekk Luxol jirbħuha, jiġu dikjarati champions.

Referees kienu Clint Cassar, Stephen Vella u Jude Amin Utulu

Ekonomija

Sport