Fil-kummenti li għadda mis-sala tal-għadd tal-voti, il-Prim Ministru Robert Abela qal li lbieraħ il-poplu Malti u Għawdxi ddeċieda li Malta trid tibqa’ miexja ‘l quddiem.
“Huwa riżultat li jpoġġi fuqna responsabbiltà ikbar u huwa riżultat ukoll li rridu nsarfuh f’umiltà akbar u f’aktar ħidma biex f’mumenti partikolari nibqgħu nagħmlu l-ġid għall-poplu Malti u Għawdxi kollu,” qal Dr Abela.
Żied jgħid: “Nappella wkoll għall-ħidma b’sens ta’ għaqda nazzjonali. Se nkunu Gvern li jaħdem fl-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu mingħajr ebda distinzjoni. Grazzi lil kulħadd tal-fiduċja, liema fiduċja inwiegħed li se tibqa’ tissarraf f’aktar ħidma għall-pajjiż kollu.”