Sunday, December 22, 2024

“Gvern Nazzjonalista b’mijiet ta’ proposti li se jwettaqhom kollha”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-indirizz politiku tiegħu minn Bormla, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-politika tiegħu hija politika msejsa fuq il-persuna u l-bżonnijiet tal-lokalità. 

Grech qal li l-Partit Nazzjonalista għandu fiżjoni fejn se jieħu lill-pajjiż. Huwa qal li gvern Nazzjonalista impenjat b’mijiet ta’ proposti biex itejjeb il-ħajja tan-nies u li jara li dawn iwettaqhom kollha għall-ġid tal-pajjiż.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Partit Laburista għadu qiegħed jikteb il-programm elettorali u mhuwiex lest biex jiggverna għall-ħames snin li ġejjin, iżda l-partit immexxi minnu huwa ppreparat għall-kampanja, kif ukoll biex jiggverna. 

“Sadanittant ħaddieħor filwaqt li qed jikkopja jinsab impenjat li jibqa’ negattiv, biex jattakka u jikkritika. Dan partit proattiv, pożittiv, li qed jaħdem għall-ġid tiegħek u ħaddieħor mingħajr ideat li sfortunatament tilef kull kuraġġ li jsib is-soluzzjonijiet”, kompla Grech.

Ekonomija

Sport