Id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo iddikjara fil-Parlament fid-diskussjoni dwar l-estimini tal-Ministeru tal-Ekonomija, li huma tal-ħwienet li qed iżommu lil pajjiżna milli jegħreq. Hu sostna li Gvern Nazzjonalista ġdid se jaħdem spalla ma’ spalla mas-self employed. Qal li mhux minnu li għandna gvern reżiljenti imma għandna ekonomija reżiljeni grazzi għas-self employed.
Hu spjega li ma jistax ikun li jiddaħħlu miżuri mil-lum għal għada u ħadd ma jkun jaf minn qabel bil-miżuri li jkunu se jiddaħħlu.