Tuesday, December 24, 2024

“Gvern Nazzjonalista hu kommess li jiffaċilita l-ħajja tar-raħħala, il-bdiewa u s-sajjieda” – Bernard Grech

Aqra wkoll

“Fil-qalba tal-politika agrikola tal-Partit Nazzjonalista hemm programm ta’ appoġġ lill-bdiewa u r-raħħala tagħna li jirrikonoxxi l-impenn tagħhom u l-kontribut imprezzabbli li jagħtu lejn l-ekoloġija u l-ikel bnin f’pajjiżna.”

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt li dalgħodu żar numru ta’ raħħala fl-Imġarr.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li Gvern Nazzjonalista hu kommess li jiffaċilita l-ħajja tar-raħħala, il-bdiewa u s-sajjieda u għalhekk nieda wieħed mill-pakketti ta’ proposti speċifiċi li se jwasslu għat-twettiq tal-Viżjoni 2030.

  1. Politika mibnija fuq id-djalogu bejn il-fornituri, il-proċessuri u l-bejjiegħa tal-prodotti kollha, permezz tat-twaqqif tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp tal-Politika għall-Agro Industrija Maltija u Għawdxija. Dan id-djalogu ser jinvolvi lil dawk kollha involuti fis-supply chain biex f’pajjiżna jkollna suċċess għal kull min huwa involut fil-proċess kollu ‘farm to fork’. Dan id-djalogu fuq kollox irid ikun proċess ta’ responsabbilizzazzjoni ta’ dak kollu li jeħtieġ li jkun salvat, imħares, promoss u mibjugħ b’suċċess. Il-bdiewa, ir-raħħala, dawk involuti fit-tkabbir tal-baqar għal-laħam, tal-majjal, għall-ħalib, li jrabbu t-tiġieġ għall-qatla jew għall-bajd, fit-tkabbir tan-nagħaġ u tal- mogħoż għall-ħalib, fit-tkabbir tal fenek, fit-tkabbir tas-summien, l-industrija tal-proċessuri ta’ prodotti tal-laħam, il-bejjiegħa tal-ħaxix u frott frisk jinkludu sidien ta’ ħwienet u street hawkers, il-produtturi tal-ħalib u l-ġobon, bejjiegħa ta’ frott u ħaxix impurtati, proċessuri ta’ prodotti tal-ikel, processuri tal-inbid Malti u Għawdxi kif ukoll dawk li jwasslu l-prodott għand il-konsumatur bħal supermarkets, operaturi fit-turiżmu u cateringis-sajjieda, l-industrija tat-tonn, operaturi ta’ fish farms ta’ ħut ieħor li mhux tonn, bejjiegħa tal-ħut inkluż fish hawkers, dawk involuti fl akkwakultura.
  1. Nassistu billi ntaffu l-ispejjeż fuq il-produzzjoni ta’ l-ikel fost l-oħrajn fuq l-ispiża tal-arloġġi tad-dawl u l-ilma, titneħħa l-ispiża tal-liċenzja tal-bexx biex il-bidwi Malti jkollu bexx alternattiv anqas aggressiv, jingħataw rebates fuq spejjeż ta’ l-awditjar ta’ kull sena, jingħata sussidju fuq spejjeż ta’ fuel għal generators għar-raħħala u għat-trasport għall-bdiewa, jingħataw grants li jgħinu fit-transizjoni għal enerġija rinovabbli għal kull razzett, għajnuna fl-ispejjeż tal-għalf għar-raħħala b’mod li jittafa l-impatt tal-prezzijiet internazzjonali kif ukoll reviżjoni u tnaqqis tal-ħlasijiet tal-permessi tal-ippjanar għall-applikazzjonijiet kollha għal permessi bi skop ta’ produzzjoni tal-ikel lokali.
  1. Ngħinu fil-qabża lejn biedja organika billi nwaqqfu servizz ta’ konsulenza dedikat għat-transizzjoni lejn il-biedja organika, isir programm ta’ promozzjoni lokali u internazzjonali tal-prodott organiku Malti u tingħata għajnuna għall-użu ta’ bexx organiku.
  1. Nagħmlu l-prodott Malti aktar kompetittiv billi b’viżjoni u ħidma strateġika jsir investiment qawwi fit-tisħiħ tal-prodott Malti biex dan jerġa’ jikseb postu fis-suq lokali u eventwalment anke jesporta bl-użu tal-fondi Ewropej.
  1. Isir użu ħafna aktar strateġiku tal-fondi Ewropej li jridu jinċentivaw il-progress industrijali Malti fil-qasam agrikolu, permezz ta’ proġetti li jużaw parti sostanzjali mill-fondi għal investimenti strutturali.
  1. Integrazzjoni tas-servizzi kollha li jużaw il-bdiewa, r-raħħala u s-sajjieda miġburin f’one stop shop li jnaqqas il-piż tal-burokrazija u jgħin fl-immaniġjar strateġiku tal-biedja bħal pilastru importanti tal-politika ambjentali ta’ pajjiżna.
  1. Il-Pitkalija tkun ċentru minn fejn il-bidwi jkun jista’ jbiegħ bl-aktar effiċjenza l-prodott agrikolu tiegħu u minn fejn jitħallas bl-aktar prezz ġust għalih u għalhekk skont is-suq ikun ukoll għalih il-prezz mill-aktar vantaġġuż.
  1. Il-Biċċerija jeħtieġ li tkun iċ-ċentru fejn ir-raħħal iressaq għall-qatla u għall-bejgħ il-majjal, iċ-ċanga u n-nagħaġ jew il-mogħoż tiegħu rispettivament.
  1. Il-Pixkerija ser tkun ċ-ċentru tal-bejgħ mill-aktar effiċjenti li jwassal għal aktar bejgħ tal-ħut maqbud mis-sajjied Malti u Għawdxi. B’pixkerija moderna, nagħmlu l-bidliet meħtieġa sabiex mill-Pixkerija jerġa’ jibda jinbiegħ il-ħut bi prezz li jipprovdi dħul diċenti lis-sajjieda tagħna.
  1. Mingħajr ma jsir intervent fis-suq, ir-raħħal jeħtieġ li jkun mgħejun jixtri bl-aħjar prezz għalih il-ġwież għall-annimali li jkun qed irabbi. Jinstab ukoll rimedju għall-problema ta’ nuqqas tal-provvista tal-magħlef lokali għar-raħħala tagħna.
  1. Niffaċilitaw il-proċess sabiex raħħala jew bdiewa li jkollhom ir-raba’ li tkun propjetà tal-Gvern, jiġu mgħejjuna fl-investiment li jkunu jridu jagħmlu kif ukoll isiru emendi legali biex niffaċilitaw it-trasferimenti u r-reġistrazzjoni ta’ qbiela ta’ raba tal-Gvern li jkun qed jinħadem mill-bdiewa. 
  1. Nissimplifikaw il-proċess ta’ trasferiment tal-qbiela fejn ikun ippruvat li r-raba’ qed jinħadem għal skop agrikolu ġenwin.
  1. Nagħmlu emendi leġiżlattivi, li jibbilanċaw l-interessi tal-bidwi u tas-sid, biex jgħin lill-bdiewa li jaffaċċjaw żgumbrament mir-raba tagħhom b’deċiżjoni tal-Qorti.
  1. Permezz ta’ skema ta’ inċentivi l-bdiewa, raħħala u sajjieda ma jħallsux taxxa fuq l-ewwel €10,000 qliegħ li jagħmlu f’xogħolhom. Maż-żmien ikun hemm żieda fuq il-qliegħ li ma jkunx taxxabbli.
  1. Fejn ikun hemm proġett approvat mill UE għar-raħħal, bidwi jew sajjied u skont ma jkun hemm bżonn għas-suċċess ta’ teħid tal-proġett, nintrabtu għall-qbiela ta’ żmien definit kif ikunu jitolbu r-rekwiżiti tal-istess programm tal-UE.
  1. Ir-raba tal-Gvern ma jibqax jitpoġġa fis-suq bi prezz ta’ rata kummerċjali bħalma qiegħed isir illum u hekk il-bdiewa jew żgħażagħ jkunu jistgħu joffru l-offerta tagħhom fuq kriterji stabbiliti.
  1. Inniedu inizzjattivi maħsuba biex jiffaċilita t-trasport ta’ tagħbija tal-bdiewa, raħħala u sajjieda u kull ġarr ieħor ta’ materjal bħal ġwież u kull tagħbija oħra relatata mal-bdiewa, raħħala u sajjieda u agro industrija.
  1. Il-bdiewa, raħħala u sajjieda jibdew igawdu minn skema ta’ ħruġ ta’ vouchers sabiex ikollhom kumpens għall-ispiża tad-diesel.
  1. Ser nagħtu inċentivi finanzjarji lis-sajjieda aderenti mal-kriterji ESG biex ikunu jistgħu jimodernizzaw id-dgħajjes tagħhom.
  1. Ser tinżamm sorveljanza aktar serja biex meta jkun il-każ, jiġi kkontrollat il-mard li jkun qed jaħkem merħliet f’pajjiżi ġirien.
  1. Ser jitnieda programm ta’ servizz ta’ veterinarji li jżommu kuntatt fuq merħliet fl-irziezet tagħna.
Ekonomija

Sport