Saturday, December 21, 2024

Gvern Nazzjonalista jagħti €1,000 lill-ommijiet li jirritornaw għax-xogħol

Aqra wkoll

Waqt intervista li kellu aktar kmieni fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ma naqasx milli jħabbar numru ta’ inċentivi favur in-nisa. Grech qal li jekk kemm il-darba jingħata l-fiduċja fis-26 ta’ Marzu;

  • Għotja ta’ €1,000 għal dawk in-nisa li għandhom l-ulied u jirritornaw lura fid-dinja tax-xogħol.
  • Wiegħed li s-servizz tal-IVF se jibqa’ jitwessa’ għax “Aħna mhux inwegħdu u ma nwettqux. Aħna nagħtu l-kelma u nżommuha”. Barra minn hekk huwa wiegħed li mhux biss se jkunu qed jagħtu s-servizzi tal-IVF b’xejn, imma l-mediċina wkoll. F’dan ir-rigward igiddeb lil Chris Fearne u lill-Partit Laburista għax jgħid li mhux veru li Malta qiegħda fuq quddiem fejn tidħol ir-rata ta’ suċċess tal-IVF. Skont Grech “Ir-rata ta’ suċċess tal-IVF f’Malta hija fost l-iktar baxxi” u dan qed iwassal biex iżjed koppji jmorru barra minn pajjiżna biex jagħmlu interventi tal-IVF. 
  • Wiegħed ukoll kontraċezzjoni għal kulħadd — mhux biss għaż-żgħażagħ imma wkoll għaż-żgħar — sabiex in-nisa jkunu jistgħu jipproteġu s-saħħa sesswali tagħhom, għax fi kliemu n-nisa huma “riżorsa speċjali”. 

Lejn l-aħħar tal-intervista huwa jsemmi ħames nisa li għamlu differenza kbira f’ħajtu: ommu, il-kunjata, il-mara, it-tifla, u Therese Friggieri (għalliema f’San Alwiġi).

Grech saħaq li ma nistgħux nibqgħu nippretendu li n-nisa jimxu ’l quddiem u jkollhom karriera, jekk imbagħad dawn iridu jlħaqqu mad-dar u mat-tfal ukoll. Il-bidla trid issir bl-azzjoni, u mhux bid-diskors biss. L-irġiel għandhom jagħmlu l-parti tagħhom ukoll. Fil-fatt, huwa jsemmi esperjenza personali fejn jirrakkonta żmien li fih kien jieħu lit-tfal miegħu r-radju peress li l-mara tiegħu kienet għalliema u ma setgħetx teħodhom magħha fuq il-post tax-xogħol.

Fl-aħħar nett, Grech jelenka l-fatt li waħda mir-raġunijiet għaliex fil-politika ma tantx hemm involviment min-naħa tan-nisa huwa għaliex għandu jkun hemm żieda fil-paga b’mod speċjali fil-konfront tan-nisa.

Ekonomija

Sport