Tuesday, December 24, 2024

Gvern Nazzjonalista jsib bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’laqgħa mal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA), il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech spjega l-viżjoni tal-partit immexxi minnu. Spjega li l-bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent huwa fiċ-ċentru tal-politika tal-Partit Nazzjonalista.

Grech qal li jekk jingħata l-fiduċja mill-elettorat se jkun qed jipproponi li jittrasforma medda art ta’ 350,000 metru kwadru fil-White rocks, bħala żona barra mill-konfini tal-iżvilupp. Qal li f’każ li xi darba jsir żvilupp f’dan is-sit, dan għandu jkun trasparenti.

Grech qal li ladarba fil-gvern idaħħal ukoll il-kriterji ambjentali, ta’ responsabilità soċjali u ta’ governanza f’kull qasam inkluż fl-industrija tal-bini.

Tkellem ukoll dwar l-iskema tal-first time buyers u li hu jkun qiegħed jagħmilha fis-seħħ b’mod permanenti. Se jgħin liż-żgħażagħ taħt il-35 sena, b’sussidju sa 50% tal-imgħax fuq is-self sa €250,000, għall-ewwel ħames snin tas-self.

Ekonomija

Sport