Saturday, December 21, 2024

“Gvern Nazzjonalista mmexxi minna se jkun qed jagħtik kwalità ta’ ħajja aħjar”

Aqra wkoll

Waqt żjara ġewwa Santa Venera, il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Bernard Grech qal li huma għandhom viżjoni għal dan il-pajjiż  

“Għandna pjan. Fost oħrajn irridu spazji miftuħa, irridu inqas traffiku għax nafu li tixtiequ li jkollkom kwalità ta’ ħajja aħjar. Żgur li kemm ilni Kap jien kont qed ninsiti fuq l-importanza tal-ambjent, dan inkluż l-ambjent urban,” qal Grech.

“Gvern Nazzjonalista mmexxi minna se jkun qed jagħti lilek kwalità ta’ ħajja aħjar kull fejn tkun għax għalina l-ambjent mhux after-thought bħal ta’ dan il-Gvern li għamel ħafna għax qered u kisser l-ambjent.”

“Gvern Nazzjonalista mmexxi minnha se jkun qed jara li mhux biss ikollna binjiet sbieħ imma rridu nagħtu lura ODZ, irridu nagħtu l-pjazez lura lin-nies.”

Qal li PL m’għandhomx pjan għaliex m’għandhomx ideat. “Mhux ta’ b’xejn kuljum jikkupjaw. Kuljum ngħidu xi ħaġa u xhur wara jgħidu li se jaddottawha.”

Ekonomija

Sport