Il-Milied huwa assoċjat ma’ żmien sabiħ għax iġib flimkien ħafna mill-membri tal-familji. Dan iżda, ma jkunx dejjem possibli għal kulħadd, speċjalment għall-morda u l-pazjenti li jinsabu rikoverati l-isptar sabiex jieħdu l-kura.
Kien għalhekk li l-gwardjani nisa fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin, iddeċidew li jferrħu lil uħud minn dawn it-tfal morda permezz ta’ rigali.
Intant f’messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook, Puttinu Cares irringrazzjathom għal ġest tagħhom li pprovdew rigal lit-tfal.