Friday, May 3, 2024

Gżira United jegħlbu lil Sirens mingħajr tbatija

Aqra wkoll

Sirens… 0

Gzira U… 3

Sirens: 24-Matthew Grech, 3-Gary Camilleri, 6-Marcelo Pereira Muniz (72-David Promise 71), 8-Rei Tachikawa, 9-Wellington De Oliveira, 10-Sean Cipriott (26-Siraj Eddin Arab 84), 15-Adrian Borg, 25-Paulo Vyctor Bento De Vale (7-Kei Sano 46), 30-Gabriel Fernandes Ventura, 31-Degran Jackson, 38-Stephane Sessegnon (19-Miguel Maggi 82) Coach: Winston Muscat

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Muscat (4-Andrew Borg 79), 7-Steve Pisani (47-Brookylyn Borg 71), 9-Marcelo Dias (23-Ricardo Correa Duarte 79), 15-Luis Carlos Riascos (8-Zachary Scerri 46), 22-Toni Kolega, 44-Marko Cosic, 91-Maxuell Maia (98-Jackson Mendoza 71), 94-Jefferson De Assis Coach: Darren Abdilla

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Duncan Spencer, Paul Apap

Raba’ Uffiċjal: Slobodan Petrovic  

Skorers: L. C. Riascos 10, 13, G. Bohrer Mentz 66 (G)

Ammoniti: L. C. Riascos, L. Tabone, G. Bohrer Mentz (G), D. Jackson (S)

Player tal-Logħba: Luis Carlos Riascos (G)

Gzira United xejn ma tħabtu biex għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 3-0, bil-gowls għalihom jaslu tnejn fl-ewwel taqsima u wieħed fit-tieni taqsima, biex b’hekk Sirens għadhom ma rebħux logħba waħda f’dan l-istaġun. 

Huma fetħu l-iskor proprju fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fl-10 minuta meta Jefferson De Assis niżżel il-ballun lejn LUIS CARLOS RIASCOS li mill-viċin tefa’ ġewwa.

U jidher li l-Maroons ma kinux kuntenti biżżejjed b’dan l-iskor hekk kif tliet minuti biss wara, irduppjaw l-iskor meta l-istess LUIS CARLOS RIASCOS avvanza tajjeb fil-kaxxa u permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech. 

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sirens, ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u fil-50 minuta Stephen Sessegnon spara xutt mill-viċin li iżda ntemm għoli. 

Iżda kienu l-Maroons li skorjaw it-tielet goal biex issiġillaw ir-rebħa fis-66 minuta permezz ta’ freekick ċentrali ferm b’saħħtu tad-difensur Brażiljan, GABRIEL BOHRER MENTZ, li ma tal-ebda ċans lil Matthew Grech. 

Sirens wieġbu fil-81 minuta meta David Promise avvanza tajjeb fil-kaxxa, prova jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Kroat ta’ Gzira, Darijan Zarkov, bil-ballun iżda jintemm għoli. 

Sport