Sunday, May 19, 2024

Gzira United jiksbu s-servizzi tal-winger Brażiljan, Marcelo Dias

Aqra wkoll

Gzira United kisbu s-servizzi tal-winger Brażiljan, Marcelo Dias.

Il-player ta’ 36 sena kien beda l-karriera tiegħu f’Águia de Marabá FC fil-Brażil qabel  ma ngħaqad ma’ Hibernians fejn qatta’ tmien snin, apparti sitt xhur ma’ Al Ahed tal-Libanu fl-aħħar parti tal-istaġun 2013/14. Huwa ngħaqad ma’ Senglea Athletic fis-sajf tal-2019 iżda fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar 2020, ngħaqad ma’ Floriana FC fejn qatta’ sena u nofs qabel ingħaqad ma’ Gudja United fis-sajf li għadda.

Il-Maroons dalwaqt jibdew it-taħriġ tal-pre-season qabel l-impenji tal-UEFA Europa Conference League.

Sport