Gżira United FC Veterans rebħu l-FA Trophy tal-Assoċjazzjoni wara li fil-finali għelbu liċ-champions Ħamrun Spartans 4-1 f’logħba ferm akkanita u sabiħa li ntlagħbet fil-grawnd tal-Iskola tad-Dorotej f’Ħaż-Żebbuġ.
Kien Arnold Galea li poġġa lill-Maroons fil-vantaġġ għalkemm David Camilleri ġab l-iskor indaqs għall-Ħamruniżi.
Fit-tieni taqsima, Gżira kienu ferm motivati li joħorġu bir-rebħ ta’ din it-tazza u skorjaw tliet darbiet permezz ta’ doppjetta ta’ Alex Muscat u gowl ieħor ta’ Aaron Xuereb.