Sunday, May 19, 2024

MAFA: Twanny Agius se jtemm il-presidenza tiegħu wara 23 sena

Aqra wkoll

Twanny Agius se jkun qed jirriżenja mill-kariga ta’ president tal-Malta Amateur Football Association wara li kienu ilu 23 sena fil-kariga. Dan sar magħruf hekk kif ilbieraħ saret is-serata tal-premjazzjonijiet fi stabbiliment fl-Imġarr.

F’diskors tal-okkażjoni s-segretarju ġenerali tal-MAFA, David Abdilla irringrazzja lil Agius tas-servizz li ta lill-assoċjazzjoni u tad-dedikazzjoni u l-professjonalita’ li wera f’dawn is-snin kollha.

Min-naħa tiegħu, Twanny Agius irreċiproka fejn qal li kien ta’ unur li mexxa lil MAFA għal 23 sena sħaħ fejn se jħalliha fuq sisien sodi.

Fl-aħħar tas-serata, David Abdilla ippreżenta plakka kommemorattiva lill-istess Twanny Agius.

Sport