Friday, November 15, 2024

Gzira Utd fir-raba’ post … u Hibernians jiċċelebraw

Aqra wkoll

Gzira United ……2

Hibernians ………1

Gzira United għelbu l-is­fida taċ-champions il- ġodda Hibernians bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk wara li fil-partita li ntlagħbet b’mod simultanju, Birkirkara sfaw megħluba minn Hamrun Spartans, huma temmew fir- raba’ post tal-kampjonat.

Madankollu, xorta waħda Hibernians iċċelebraw bil-kbir ir-rebħ tat-13-il tit­lu fl-istorja tagħhom wara li fi tmiem il-ġimgħa aċċertaw minn dan.

Kienu l-Pawlisti li ħarġu fuq l-offensiva u fit-tmien mi­nuta rebħu penalty meta l-goalkeeper,  Darijan Zar­kov, waqqa’ lil Alvaro Cegarra Muniz fil-kaxxa. Mill-11-il metru nkariga ruħu HUGO FILIPE DA COSTA OLIVERA li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun naħa u lill-goalkeeper Gżirjan in-naħa opposta.

Fl-20 minuta, il-coach Taljan tal-Pawlisti, Stefano Sanderra, kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Da Costa Oli­veira biex daħal jilgħab Jake Grech.

Tliet minuta wara, il-Maroons kisbu d-draw meta TONI KOLEGA venven xutt minn tarf il-kaxxa li għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Matthew Calleja Cremona.

Il-partita kompliet tirriżulta bħala waħda movi­mentata u fis-37 minuta, rovexxjata mill-viċin ta’ Erjon Beu għall-Pawlisti ġiet imdawra f’corner bi bravura minn Zarkov.

Fil-45 minuta, Gzira kienu ferm sfortunati li ma marrux fil-vantaġġ meta rovexxjata ta’ Jefferson De Assis minn taħt il-lasta stampat ma’ sieq il-wieqfa.

Hibernians wieġbu erba’ minuti wara meta s-sostitut Jake Grech dar tajjeb ma’ difensur avversarju u venven kanunata iżda Zarkov irreċiproka billi dawwar f’corner bi bravura.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Gżirjani ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta, wara li rċieva minn cross mix-xellug, Maxuell Maia kellu daqqa ta’ ras mill-viċin tgħaddi ftit għoli.

It-team immexxi mill-coach Darren Abdilla kompla jippressa u żewġ minuti biss wara, mar fil-vantaġġ meta YURI DE JESUS MESSIAS rebaħ ballun fil-kaxxa, qabeż lill-captain Andrei Agius, u tefa’ l-ballun fix-xibka.

Hibernians wieġbu fil-75 minuta permezz ta’ xutt minn ġol-kaxxa ta’ Jake Grech li iżda ntemm għoli.

Fl-aħħar kwarta, il-logħba naqset mir-ritmu … bil- partitarji Pawlisti jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħ tal- kampjonat.

GZIRA U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone, 6-Nikolai Musact, 8-Zachary Scerri, 9-Toni Kolega, 11-Yuri De Jesus Measias, 20-Nevin Portelli (23-Ricardo Correa Duarte 67), 21-Jean Paul Attard, 91-Maxuell Maia, 94-Jefferson De Assis (17-Clive Gauci 76) – Coach: Darren Abdilla

HIBERNIANS: 1-Matthew Calleja Cremona, 6-Raphael Dos Anjos (Jurgen Degabriele 81), 12-Dunstan Vella, 17-Erjon Beu, 19-Joseph Zerafa, 20-Andrei Agius, 21-Lucas Caruana (13-Zachary Grech 81), 23-Christopher Uzeh Edafe (22-Gabriel Izquier Artiles 70), 30-Alvaro Cegarra Muniz, 70-Hugo Filipe Da Costa Oliveira (8-Jake Grech 20), 88-Wilfried Domoraud – Coach: Stefano Sanderra

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Paul Apap

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: H.F. Da Costa Oliveira 9 (H), T. Kolega 23, Y. De Jesus Messias 56 (GU)

AMMONIT: J. Zerafa (H)

Ekonomija

Sport