Thursday, December 26, 2024

Gżirjan mixli li ffroda diversi persuni

Aqra wkoll

Raġel ta’ 31 sena mill-Gżira baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri li iffroda numru ta’ persuni.

Thomas Camilleri kien mixli li bejn Diċembru li għadda u dan ix-xahar iffroda diversi persuni fosthom raġel minn Ħ’Attard, raġel mill-Imqabba, ieħor mill-Mosta, barrani mill-Imsida, raġel minn Birkirkara, raġel minn Ta’ Xbiex, raġel minn Bormla, raġel mill-Pieta u raġel ieħor minn Ħaż-Żebbuġ.

Camilleri ġie akkużat ukoll li naqas li jħares il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu fl-20 ta’ Settembru li għadda mill-Maġistrat Simone Grech u li kiser sentenzi tal-Qrati ta’ Malta.

Għalkemm wieġeb mhux ħati, il-Maġistrat Camilleri ma laqalux it-talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Colin Sheldon waqt li Camilleri għandu jiddefendih lill-Avukat Lennox Vella.

Ekonomija

Sport